Għal għonq it-triq #8: Tama għall-imġewħin, ta’ Caroline Davies

Convoy (Cinnamon Press)

Convoy (Cinnamon Press)

Il-qari ta’ Immanuel Mifsud fix-xelter ta’ Ħ’Attard – idea mill-isbaħ, fejn spazju maħkum mill-biża’ jimtela bl-affermazzjoni u s-saħħa li taf tagħti l-poeżija – fakkarni fi ktieb li rċevejt m’ilux, mingħand Caroline Davies, poetessa minn Wales. Convoy hija ġabra ta’ poeżiji li tirrakkonta l-esperjenzi ta’ nannuha, James ‘Jim’ Honeybill, li kien baħħâr fuq l-MV Ajax, wieħed mill-konvojs li ttrakkaw f’Malta waqt it-tieni gwerra dinjija. It-tagħrif storiku, spiss f’forma ta’ djarju, l-istojċiżmu tal-protagonist, u anki s-sens tiegħu ta’ vjaġġ u missjoni, ma jiskomodawx; ir-rispett lejn il-Maltin huwa profond. Fl-intarsjar tal-istorja u l-ġeografija mal-metafora u l-emozzjoni, qawwija proprju għax imrażżna, jinteressani speċjalment il-mod kif il-poeżija tista’ tiġbed lejn il-partikulari (anzi, biex ngħid hekk, il-partikularissmu) mingħajr ma tinħall ċerta rabta, meħtieġa dejjem, mal-universali.

ritratt: Wikipedia

ritratt: Wikipedia

Fost ir-rakkuntar minn għajnejn il-baħħâr, hemm poeżija li, għalija, tispikka sew fuq l-oħrajn. Forsi anki għal raġunijiet personali – wara kollox, kull qarrej għandu s-simboli preferuti tiegħu. Nannti ma kinitx taf taqra, imma fejn jidħlu n-numri, ħadd ma kien jista’ għaliha. Il-poeżija jisimha Hope for the Hungry. Bħall-puntata ta’ Aqrali, qalti fix-xelter ta’ Ħ’Attard – f’nofs it-twerwir u l-periklu tal-mewt, il-poeżija, l-għanja, it-tagħlim (saħansitra lezzjoni tal-maths) ikomplu jisfidaw il-periklu, jaffermaw il-ħajja, u s-saħħa li hemm fil-qiegħ ta’ kull bniedem. Speċjalment tan-nanniet.

TAMA GĦALL-IMĠEWĦIN

Bajd ma baqax
għax kielu sal-aħħar tiġieġa.
L-ixkafef tal-ikel battala.

In-nanna tgħanni hija u tonxor
fuq il-bejt. Idejha mħarrxa,
imtarrża bil-blu.
Għanjiet ta’ rġiel li jmorru l-gwerra
u ma jiġu lura qatt.

It-tifel jisma’ mit-tarġa ta’ wara,
rasu mdallma
ddur lejn l-istejjer.
Illum m’hawnx skola,
qed idoqqu l-errejds.

Iżda n-nanna tinsisti,
wara n-naxra, inkomplu bil-maths.
Jekk jobdi, forsi
tgħarrex ftit fil-kabord,
issiblu xi jgerrem.

About these ads

About antoinecassar

Poet, translator, editor, activist http://antoinecassar.info http://passaportproject.org http://mondepasrond.org
This entry was posted in Uncategorized and tagged , , , , , , , . Bookmark the permalink.

One Response to Għal għonq it-triq #8: Tama għall-imġewħin, ta’ Caroline Davies

  1. Caroline says:

    Thank you Antoine.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s