Għal għonq it-triq #6: Vrus għal fuq l-irħama, ta’ Philip Larkin

larkinpoemsIċ-ċelebri poeżija ta’ Philip Larkin; waħda minn dawk għal meta jkollok taqla’ balla minn fuq l-istonku. Issa li qlibtha, niżżi ħajr lil Larkin, u nistqarr miegħu li, għalkemm spiss naqbel mas-sentiment, ma naqbilx mal-v. 6, u lanqas mal-konklużjoni.

It-titlu oriġinali, This Be The Verse, hija allużjoni ironika għal strofa mill-poeżija Requiem ta’ Robert Louis Stevenson, b’epitaffju: “This be the verse you grave for me: / Here he lies where he longed to be; / Home is the sailor, home from sea, / And the hunter home from the hill“.

 

VRUS GĦAL FUQ L-IRĦAMA

Għad jaħxuk ħaj, ommok u missierek,
mhux għax iridu, iżda xorta jaħxuk.
Jimlewk bit-tbajja’ kollha tagħhom
u jżidu oħrajn magħhom, ħa jfissduk.

Iżd’huma, min-naħa tagħhom, inħxew ukoll
minn boloh bil-kpiepel imċerċrin,
filli jfuru bil-ħniena kiefra,
filli rashom ġo griżmejn xulxin.

Il-bniedem iwerret l-għaks lill-bniedem.
Jibqa’ nieżel bħaż-żonqor taħt il-qiegħ.
Bewweġ ‘l hemm kemm jista’ jkun malajr,
u ara ma jfettillekx itnissel il-frieħ.

 

Larkin

Advertisements

About antoinecassar

Poet, translator, editor, activist http://antoinecassar.info http://passaportproject.org http://mondepasrond.org
This entry was posted in Uncategorized and tagged , , , , , . Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s