Tag Archives: traduzzjoni

Għal għonq it-triq #10: Mark Strand

Strand mhuwiex fost il-poeti favoriti tiegħi – l-istil tiegħu filli jinħass iddilwit, u filli wisq klawstrofobiku. Madankollu, it-tiftix ta’ bilanċ bejniethom insibu interessanti, u dan l-aħħar sirt napprezzah aktar. Xlewh fuq li xlewh, u xahar wara mewtu għadhom jixluh sal-lum, b’li kien jikteb … Continue reading

Posted in Uncategorized | Tagged , , , | Leave a comment

Għal għonq it-triq #9: L-Imħabba wara l-imħabba, ta’ Derek Walcott

Insejt meta ltqajt mal-versi ta’ Walcott għall-ewwel darba. Li niftakar żgur, jien u miexi f’Berlin fir-rebbiegħa tal-2008, sibt edizzjoni bilingwi, bellezza, tal-ġabra The Prodigal fil-ħanut tal-Haus der Kulturen den Welt. Ktieb li żammli kumpanija għal tliet ijiem, jitma’ u jtuq … Continue reading

Posted in Uncategorized | Tagged , , , , , | Leave a comment

Għal għonq it-triq #8: Tama għall-imġewħin, ta’ Caroline Davies

Il-qari ta’ Immanuel Mifsud fix-xelter ta’ Ħ’Attard – idea mill-isbaħ, fejn spazju maħkum mill-biża’ jimtela bl-affermazzjoni u s-saħħa li taf tagħti l-poeżija – fakkarni fi ktieb li rċevejt m’ilux, mingħand Caroline Davies, poetessa minn Wales. Convoy hija ġabra ta’ poeżiji … Continue reading

Posted in Uncategorized | Tagged , , , , , , , | 1 Comment

Għal għonq it-triq #7: Jack Hirschman

Illum, it-13 ta’ Diċembru, il-poeta Jack Hirschman jagħlaq 80 sena. Tmenin, u għaddej ġmielu! Nistħajlu n-nannu Whitman. Bħalu, minn New York, u beda minn Paumanok. Bħalu, ta’ spirtu wiesa’, iħaddan id-dinja mingħajr ma jifgaha. Bħalu, poeta minn dawk fejn il-jien … Continue reading

Posted in Uncategorized | Tagged , , , , , , , , , , , | Leave a comment

Poem to the Senkaku/Diaoyutai mole

There’s a photo-tagging war raging around the Senkaku / Diaoyu / Tiaoyutai Islands on Google Earth, and it’s hilarious. Many of the photographs are accompanied by messages more or less well parsed by machine translation, often with exclamation marks in … Continue reading

Posted in Uncategorized | Tagged , , , , , , , , , , , , , , , , , , , , | 3 Comments

Għal għonq it-triq #6: Vrus għal fuq l-irħama, ta’ Philip Larkin

Iċ-ċelebri poeżija ta’ Philip Larkin; waħda minn dawk għal meta jkollok taqla’ balla minn fuq l-istonku. Issa li qlibtha, niżżi ħajr lil Larkin, u nistqarr miegħu li, għalkemm spiss naqbel mas-sentiment, ma naqbilx mal-v. 6, u lanqas mal-konklużjoni. It-titlu oriġinali, … Continue reading

Posted in Uncategorized | Tagged , , , , , | Leave a comment

Għal għonq it-triq #5: Maħbubin fuq Aran, ta’ Seamus Heaney

Seamus Heaney mhux poeta faċli. Għal żmien twil, iktar apprezzajt il-lekċers tiegħu milli vrusu. L-istess fir-rigward ta’ Borges, sal-lum. Ħa nkun onest: sa ftit ilu, il-poeżija ta’ Heaney kont inħossha sfiqa, iffullata wisq, b’lingwaġġ tant irfinut li, flok iqarribni lejn … Continue reading

Posted in Uncategorized | Tagged , , , , , , , , , | Leave a comment